F’filmat li għamel ilbieraħ filgħaxija indirizzat lill-poplu Ukren, il-President Ukren Volodymyr Zelensky argumenta illi kieku l-Ukrajna kellha aċċess għal armi aħjar minn dawk li għandha bħalissa, forsi xi armi fuq l-istess livell għal dawk li qed tuża r-Russja, kieku l-gwerra diġà ġiet fi tmiemha.
Zelensky irrimarka li r-Russi żiedu l-intensità tal-isparar f’Kharkiv, f’Donbas u fi Dnipropetrovsk.
Huwa kompla jgħid li jekk il-pajjiżi tal-Punent għandhom l-armi u l-munizzjon li teħtieġ l-Ukrajna, huwa fid-dmir tagħhom li jgħinuha sabiex tissalvagwardja l-libertà u tkun tista’ ssalva l-ħajja ta’ eluf ta’ Ukreni.