Saturday, December 21, 2024

“Li nkunu pożittivi jgħinna biex inżidu l-immunità tal-ġisem”

Aqra wkoll

It-taħriġ online tas-Self Defense u l-Kickboxing għandu benefiċċji kemm fiżiċi, kif ukoll mentali

Minn CARMEN CACHIA

Kancho Adrian Axisa flimkien mal-Union Print ikomplu bis-servizz ta’ taħriġ fiżiku online għat-tfal, kif ukoll għat-tieni ġimgħa, anke għall-adulti. “Meta wieħed jagħmel attività fiżika, il-ġisem u l-moħħ jipproduċu kimika li tgħinek tħossok kuntent, b’aktar enerġija u jkollok sens ta’ saħħa b’mod ħolistiku,” sostna Axisa.

Bit-taħriġ fiżiku kemm tal-arti marzjali għat-tfal, kif ukoll bit-Tai Chi għall-adulti, qegħdin inwasslu benefiċċji kbar għal aktar flessibbiltà, saħħa, stamina u kuntentizza lill-parteċipanti. 

Fit-tieni lezzjoni tat-Tai Chi se niffokaw fuq l-istretching ikkombinat man-nifs, mentri għas-sessjoni tat-tfal, Kancho Axisa se jkompli bil-mossi tal-Kickboxing u tas-Self Defense.

Dawk it-tfal kollha li jixtiequ jingħaqdu magħna jistgħu jagħmlu dan il-lejla fil-5.00 ta’ filgħaxija billi jidħlu fuq il-link: https://us02web.zoom.us/j/5824947385?pwd=2vtJEJ_a1lR_D7pdHK5H86z5Ot2JrLgTSQ jew permezz tal-App “Zoom” bid-dettalji – Meeting ID: 582 494 7385 u Password: chenstyle

Is-sessjoni tat-Tai Chi fis-6.00 ta’ filgħaxija hija fuq il-link: https://us02web.zoom.us/j/5824947385?pwd=2vtJEJ_a1lR_D7pdHK5H86z5Ot2JrLgTSQ jew fuq l-App “Zoom” – Meeting ID: 582 494 7385 u Password: chenstyle

Tinsewx hemm bżonn li min jipparteċipa jkollu biżżejjed spazju biex jagħmel it-taħriġ b’mod sigur u ilma. Għal aktar tagħrif jew assistenza tistgħu ċċemplu fuq: 99 46 47 49.

Ekonomija

Sport