Friday, February 21, 2025

Li tikkommeti ruħek u tkun konsistenti huwa l-mod li bih tikseb l-unuri – Dzintra Grech

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Minn dejjem kelli passjoni lejn l-isport u l-atletika peró saret ħaġa prominenti f’ħajti

meta kont qed inbati bi slip disc. Kont qed inkun muġugħa ħafna u allura bit-taħriġ li kont qed nagħmel, l-uġigħ beda jonqos. Il-kowċ tiegħi kien għenni billi tani ispirazzjoni li kollox kien possibli billi nkun konsistenti u ma naqtax qalbi.

Għaliex għażilt proprju l-OCR?

Jien pruvajt ħafna sports differenti imma l-OCR laqatni ħabba l-isfida mentalment u

fisikament. Wara kull tellieqa, inħossni sodisfatta li nkun tajt ħilti kollha.

X’tikkummenta fuq l-iżvilupp tal-OCR f’pajjiżna?

Sfortunatament, l-OCR f’Malta mhux poploari daqs kemm hu barra minn xtutna. Il-kelma

dwar l-OCR mhix mifruxa kemm suppost f’pajjiżna. Issa ġie introdott sport ġdid li qed

ikompli jneħħi mill-ftit attenzjoni li jieħu l-OCR.

Kif tiddeskrivi l-istil ta’ ħajja tiegħek?

Jien omm, għandi tifel, u għandi xogħol full-time ukoll. Inħobb inħeġġeġ lin-nies biex

ikunu attivi u dejjem isibu ħin għalihom infushom. Ma jimpurtax kemm inkunu impenjati

bil-ħajja ta’ kuljum, ngħixu darba u s-saħħa tagħna għandha tkun il-prijorità tagħna,

mhux biss id-dehra fiżika iżda s-saħħa mentali wkoll!

Naf li fil-jiem li għaddew, irnexxielek tikseb unur partikolari. Agħtina iktar dettalji.

Iva, fil-fatt ikkwalifikajt fil-Women’s Pro għall-Kampjonati tad-Dinja f’Chicago. Ġejna fl-ewwel post overall f’Turin.

Taħseb li l-media tal-isport f’pajjiżna tagħti biżżejjed pubbiċitá lill-OCR?

Il-media tal-isport f’pajjiżna ma turi l-ebda interess lejn l-OCR, u ma tgħinx biex tifrex lisport lejn udjenza ġdida. Din hija sitwazzjoni li hija skoraġġanti ħafna għalina l-atleti.

X’inhi l-ħolma tiegħek f’dan l-isport li tant tħobb?

Irnexxieli nsir Champion Ewropea u allura issa qed nimmira li nsir Champion tad-Dinja.

Dejjem nimmira li nġib riżultat aħjar mit-tiġrija ta’ qabel.

X’kompetizzjonijiet se tkun qed tieħu sehem fihom fil-futur qrib?

Din is-sena għandi l-unur li se nieħu sehem u nikkompeti bħala atleta professjonali fi

Spartan Croatia, Slovenia u Malta kif ukoll fl-OCR World Championship li se jsir fil-Belġju.

Huwa ta’ unur kbir għalija li se nkun qed nikkompeti fil-kategorija tal-atleti professjonali

u qed nimmira li nitla’ fuq il-podju, kif ukoll se nkun qed nikkompeti f’iktar kompetizjonijiet ta’ Hyrox. Bir-riżultat pożittiv li rnexxieli nġib Hyrox Marseille kkwalifikajt għal Hyrox Pro f’Chicago, l-Istati Uniti, u qed nipprova nirranġa mod biex inkun nista’ nieħu din l-opportunitá li mmur nieħu sehem u nikkompeti barra mill-Ewropa.

Għaddi messaġġ finali lil min bħalek jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

L-iktar ħaġa importanti hu li dan qiegħed tagħmlu għax vera tixtieq qalbek u biex dejjem

tieħu gost. Li tikkommeti ruħek u tkun konsistenti huwa l-mod li bih tikseb l-unuri u

tippersisti biex tilħaq l-aktar livell għoli għalik!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport