Sunday, May 11, 2025

Li tikseb promozzjoni ma’ klabb fl-ewwel sena hija xi ħaġa sabiħa immens – Conor Borg

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet ta’ etá żgħira. Nemmen li hija ħaġa tal-familja, kelli missieri jilgħab il-futbol u nemmen li l-passjoni li kellu hu għall-futbol għaddiha lili. Minn mindu kont żghir dejjem niftakarni niġri bil-ballun kull fejn kont immur.  

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Tarxien Rainbows FC? 

Nemmen li kienet waħda pożitiva … li tikseb promożżjoni ma’ klabb fl-ewwel sena hija xi ħaġa sabiħa mmens. Ħadt sodisfazzjon tax-xogħol li sar. Kien staġun twil ta’ tlajjiet u nżul imma meta tibqa’ tippersisiti nemmen li fl-aħħar tal-istagun tara l-pozittiv li jkun ħareġ matul l-istaġun. 

X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara l-kisba tal-promozzjoni minn Tarxien Rainbows FC mill- BOV Challenge League għall-Malta Premier?

Inħoss li kellna staġun pożitiv ħafna fejn ksibna t-tragward li kellu l-klabb. Kellna grupp magħqud ħafna u nemmen li dan kien is-suċċess li wassalna biex niksbu l-promozzjoni. Bqajna nemmnu sal- aħħar avolja ma konniex favoriti fil-bidu tal-istaġun. 

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Nemmen li bħala livell, il-futbol Malti għola … biss nemmen li għadna ħafna ‘l bogħod fejn jidħol professjonaliżmu f’oqsma oħrajn. Qiegħed nitkellem bħala riżorsi li jsostnu u jgħinu lill-plejers sabiex ikunu iktar lesti għal-logħba. 

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob tagħkom?

Nemmen li anke f’dal qasam għadna lura – bħala pitches jintlagħbu wisq logħob fuq l-istess art. Nemmen li għandu jkun hawn pitches apposta fejn jintlagħbu logħob biss, speċjalment għal diviżjonijiet li mhumiex Premier. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Nemmen li għandi iktar x’noffri fil-futbol Malti. Dejjem lest biex nitgħallem u nara kif nista’ ntejjeb il-livell tiegħi u nkun aħjar. Nipprova wkoll naspira u ngħin lit-tfal Maltin li jkunu qegħdin jitilgħu mal- ewwel tim. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jilgħab il-futbol.

Jien nemmen li trid tkun ġo fik biex tibda u ħadd ma jista’ jinponi l-ħolma tiegħu fuqek. Biss għal dawk li jixtiequ jibdew ngħidilhom li mill-isport tirbaħ tista’ mhux titlef. Apparti hekk nemmen li l-ħolm jista’ jsir realtá jekk jaħdmu, ikunu dixxiiplinati u ossessjonati fuq li jixtiequ jsiru. Lit-tfal ngħidilhom emmnu fikom infuskom u tħallu lil ħadd jgħidilkom li m’intomx tajbin biżżejjed. Jien xempju ta’ dan għaliex wasalt u ħadt esperjenzi barra minn xtutna għax dejjem emmint fija nnifis, baxxejt rasi u ħdimt. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport