Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-futbol?
Bdiet meta kont żgħir, nilgħab il-futbol kuljum wara l-iskola mal-ħbieb. Niftakarni nara l-plejers favoriti tiegħi u nipprova nikkopjahom. Dak li beda bħala gost bil-mod il-mod inbidel f’passjoni profonda u mod kif nesprimi lili nnifsi
Kif ġejt tilgħab f’Malta mil-Liberja?
Fgura United FC ikkuntattjawni biex niġi nilgħab f’Malta u bil-għan li l-klabb għandu dan l-istaġun li jiġi promoss għall-Malta Premier. Dan il-ħsieb imbuttani biex niġi nilgħab Malta sabiex ilkoll nistgħu nagħmlu storja mal-klabb. Hija sfida imma mhux impossibbli xorta waħda.
Ħa mmur dritt għall-punt. X’inhuma l-kummenti tiegħek dwar li ngħatajt l-unur prestiġjuż tal-Plejer tas-Sena 2025 tal-Ewwel Diviżjoni tal-Liberja?
L-istaġun li għadda, 24/25, kien wieħed mill-aqwa fil-karriera tiegħi. Li tikseb rikonoxximent għax-xogħol iebes tiegħek huwa sentiment mill-aqwa għal kwalunkwe plejer tal-futbol. Imma dejjem ġejt imsejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali tiegħi, iddebuttajt u skorjajt ukoll. Allura kien staġun memorabbli.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Fgura United FC.
L-esperjenza tiegħi mal-klabb hija waħda pożittiva ħafna. Inħossni milqugħ u appoġġjat
X’tista’ tgħid dwar il-prestazzjonijiet u r-riżultati miksuba minnkom matul dan l-istaġun s’issa?
S’issa, kelli staġun mill-aqwa fejn minn erba’ logħbiet, skorjajt gowl wieħed u provdejt żewġ assists, imma sfortunatament weġġajt f’Match Day 5. Qed nirkupra mill-injury tiegħi u nittama li nerġa’ lura dalwaqt.
X’tista’ tgħid dwar il-kowċ, Kevin Vella?
Huwa kowċ mill-aqwa li jifhem il-logħba tajjeb ħafna u huwa bniedem tajjeb ħafna, li huwa importanti. Huwa jiffoka fuq id-dixxiplina, il-ħidma f’tim, u t-titjib kostanti, li jgħinna lkoll nikbru.
U dwar il-kumitat immexxi mill-president, Larkin Bonnici?
Il-kumitat ilu jaħdem tajjeb ħafna. Huma organizzati, jappoġġjawna, u jinsabu ffukati fuq il-progress tal-klabb.
Xi jfisser għalik l-eks plejer leġġendarju Liberjan, George Weah? Kien l-idolu tiegħek?
Trabbejt fil-Liberja, u George Weah kien l-idolu tiegħi. Huwa ġiegħlni nħobb il-futbol u li niġi mat-tim nazzjonali biex nilbes in-numru leġġendarju tiegħu 14 ninsab tassew onorat.
Xi tgħidli dwar ir-riżorsi (il-grawnds) fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Il-grawnds u r-riżorsi huma sodi. Naturalment, dejjem hemm lok għal titjib, iżda dak kollu li neħtieġu biex nitħarrġu u nikkompetu b’mod effettiv huwa pprovdut.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Jien iffukat fuq li nikber bħala plejer, nittejjeb kuljum, u niksbu suċċess mal-klabb u t-tim nazzjonali tiegħi. Fl-aħħar mill-aħħar, irrid nilħaq l-ogħla livell li nista’ fil-futbol.
Għaddi messaġġ finali lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed sempliċi: ibqa’ ffukat, aħdem iebes, u emmen fik innifsek. Is-suċċess ma jiġix mil-lum għal għada – jiġi mid-dedikazzjoni, il-paċenzja, u li qatt ma taqta’ qalbek!



