Wednesday, December 25, 2024

“Li tikser sieq xi ħadd, tfekkiklu idu u tuża taser fuqu waqt li jkun immanettjat hi użu ta’ saħħa eċċessiva”

L-avukata tas-Serb mixli b’aggressjoni fi Frar li għadda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Min kiteb dwar dan il-każ qiegħed jippreġudika l-każ u l-investigazzjoni u barra minn hekk jien qiegħda nagħmel xogħli”. Iddikjarat dan l-avukata Rachel Tua filwaqt li għażlet li tmur għad-dritt tar-risposta rigward allegazzjoni li Pulizija għamlet xogħolha skont kif indikat fil-liġi meta kienet qiegħda tarresta lill-klijent tagħha.

Tua hija l-avukat difensur ta’ Nikola Vujkovic; is-Serb ta’ 33 sena li lbieraħ tressaq il-Qorti akkużat fost l-oħrajn li fi Frar weġġa’ gravi żagħżugħ fi ġlieda li seħħet fi stabbiliment f’Wied il-Għajn.

“Li tikser sieq xi ħadd, tfekkiklu idu u tuża taser fuqu waqt li jkun immanettjat fl-opinjoni tiegħi hija użu ta’ saħħa eċċessiva. Dan il-kumment huwa diskriminatorju u razzist”, kompliet l-avukata. Hija qalet dan filwaqt li sostniet li l-imputat qed jiġi akkużat qabel jitressqu l-fatti kif inhuma quddiem il-qorti u li ma tixtieqx tiftaħ kotba dwar minn fil-verità kien vjolenti waqt l-arrest li seħħ it-Tnejn li għadda.

L-avukata qalet dan b’reazzjoni għal persuna li allegat li l-pulizija għamlet xogħolha skont il-liġi u mhux kif intqal fil-Qorti mill-avukati tal-imputat. Huwa saħaq li l-pulizija kienu qed jaqdu dmirijiethom biex iħarsu l-interess tal-pubbliku li kien jinkludi anke tfal.

Ekonomija

Sport