Il-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja (MCFD) qal li hu jifhem li Malta ma tixtieqx li tadotta l-miżura drastika ta’ lockdown bħalma għamlu pajjiżi oħrajn fl-Ewropa. Minkejja dan, il-Kulleġġ qal li hu ma jistax jifhem l-iskartezza fl-infurzar tar-restrizzjonijiet li bħalissa huma imposta biex pajjiżna jiġġieled il-COVID-19.
L-MCFD innota kif it-tfal, “li huma l-inqas affetwati mill-COVID-19 qed jilbsu l-maskli u jsegwu r-restrizzjonijiet bl-akbar għaqal. Min-naħa l-oħra tara nies vulnerabbli jiltaqgħu fi gruppi matul il-ġurnata u mingġajr ma jkunu libsin il-maskla kif suppost.”
L-MCFD appella lil kulħadd biex jittieħdu deċiżjonijiet imsejsa fuq informazzjoni koretta u biex kulħadd jobdi r-restrizzjonijiet imposta. “Is-servizzi tas-saħħa diġà kellhom inaqqsu numru ta’ servizzi, ma naffordjawx li jkollna s-sistema tas-saħħa tagħna maħnuqa.”