Thursday, April 24, 2025

Li tirrappreżenta lil pajjiżek huwa għan u ħolma li tixtieq tagħmel f’ħajtek – Brandon Muscat

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-beach soccer?

L-imħabba tiegħi lejn il-beach soccer kienet naqra sorpriża anke għalija. Kien hemm ħabib tiegħi li kien qed jinżel jilgħab il-beach soccer u saqsieni irridx nibda esperjenza ġdida fil-beach soccer, u jien minnufih ħtaft l-opportunitá. Mill-ewwel indunajt li l-beach soccer hu ferm differenti mill-futbol imma huwa sport li mingħajr ma trid tinġibed lejh. Ma kinitx xi ħaġa faċli għax tħossok qed titgħallem sport ġdid kompletament. Huwa sport li anke l-atmosfera hija sabiħa ħafna.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek mat-tim tal-beach soccer ta’ Sliema.

It-tim ta’ Sliema huwa pjuttost ġdid għax is-sena l-oħra, inħolqot din l-iskwadra. Esperjenza sabiħa wkoll għax kien hemm plejers fl-iskwadra tagħna stess li huma ta’ nazzjonalitá mhux Maltija. Dawn il-plejers għandhom esperjenza vasta u minnhom titgħallem ħafna. Qed inħares ‘il quddiem ħafna għal din is-sena, li qed nittamaw li jkollna tournament ferm pożittiv.

U dik mat-tim nazzjonali Malti tal-beach soccer.

Li tirrapreżenta lil pajjiżek huwa għan u ħolma li tixtieq tagħmel f’ħajtek. Bil-beach soccer rajt din il-ħolma ssir realtá. B’hekk din il-ħaġa ħa nibqa’ ngħożżha dejjem għal ħajti kollha. Qed nittama li din is-sena jkollna iktar riżultati pożittivi.

Kif tiddeskrivi l-livell tal-beach soccer f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell tal-beach soccer f’pajjiżna huwa pjuttost wieħed tajjeb għal pajjiżna. Għadu pjuttost sport ġdid li għadna qed nitgħallmu. Imma meta tara minn fejn bdejna, vera għamilna passi kbar. Kif jgħidu mil-esperjenzi titgħallem dejjem!

U dak tar-riżorsi fejn tilagħbu l-logħob tagħkom, jiġifieri fil-Bajja s-Sabiħa f’Birzebbugia?

Minħabba li huwa logħob li għadu pjuttost ġdid kif diġá għidt, ir-riżorsi huma tajbin imma meta tmur barra minn xtutna, tara d-differenza speċjalment il-fond tar-ramel.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-beach soccer?

Il-futur tiegħi fil-beach soccer qed nittama li jkun wieħed pożittiv u jekk nibqgħu naħdmu u nitgħallmu flimkien ikollna riżultati pożittivi u kif nixtiequ. Nittama li jien min-naħa tiegħi nibqa’ naħdem u nagħmel minn kollox biex inkompli nitjieb f’dan l-isport ħalli dejjem nagħti l-mija fil-mija tiegħi.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jilgħab il-beach soccer.

Il-messaġġ tiegħi huwa li min jixtieq jesperjenza sport ġdid u huwa lest li jikkommetti u lest li jitgħallem, dan hu l-isport għalihom. Apparti minn hekk, tagħmel titjib tattikament u fiżikament. Jien nirrakkomanda ħafna dan l-isport għax tieħu pjaċir tilgħabu!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport