“Nikkunsidra r-rwol tiegħu bħala mart il-Prim Ministru bħala opportunità biex nindirizza kwistjonijiet prevalenti preżenti fis-soċjetà tagħna, u nsaħħaħ il-livell tal-għajxien tal-familji.” Hekk qalet mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, f’kumment fuq il-midja soċjali.
Hija tenniet li bis-sehem ta’ riċerkaturi, u l-għajnuna ta’ diversi voluntieri tinsab kommessa li tilħaq riżultati konkreti fi kwistjonijiet li jirrelataw ma’ realtajiet soċjali, b’mod partikolari persuni li jbatu minn solitudni u bżonnijiet tat-tfal, u kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja ta’ ġenerazzjonijiet futuri.
Fil-kumment tagħha hija temmet tgħid li l-politika tassew hija dwar il-ħajjiet tan-nies.