Tuesday, December 24, 2024

Liberata fl-appell f’każ relatat ma’ incident tat-traffiku f’Birkirkara

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Edwina Grima illiberat lil Claudette Rodgers li kienet akkużata u ġiet ikkundannata mill-Qorti tal-Maġistrati b’akkużi li f’incident tat-traffiku f’Birkirkara involontarjament jew bi traskuraġni kkawzat feriti gravi fuq sewwieq ta’ mutur.

Il-każ seħħ fis-26 t’Ottubru 2020 fejn l-appellanti qasmet Triq Psaila f’Birkirkara fejn kien ċedielha vann u wara li qasmet il-karreġġjata tela’ mutur u ħabat fuq wara tal-vettura tal-appellanta u s-sewwieq tal-mutur indarab gravi.

Il-Qorti laqgħet l-argumenti tad-difiża illi miċ-ċirkostanzi tal-każ jirrizultaw iktar kredibbli ix-xhieda tal-appellanta u tat-tifla taghha u li minn dak kollu pruvat jirrizulta illi it tort kien kollu tas-sewwieq tal-mutur illi qabeż il-karreġġjata b’veloċità eċċessiva u kkawża l-incident.

Għall-appellanta deher l-avukat Herman Mula.

Ekonomija

Sport