Thursday, March 6, 2025

Libertà kondizzjonata wara li tat daqqa ta’ ponn lil mara tagħha

Aqra wkoll

Mara ammettiet quddiem il-Qorti li kienet tat daqqa ta’ ponn lil mara tagħha. Wara l-ammissjoni hija ngħatat l-ħelsien b’diversi kundizzjonijiet fosthom li ma twettaqx reat ieħor fi żmien sena.

Il-Prosekuzzjoni qalet quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt li fit-23 ta’ Frar li għadda, il-vittma kienet għamlet rapport mal-Pulizija kontra l-mara tagħha. Huma kienu ilhom miżżewġin erba’ snin.
Il-vittma kienet qalet li kienet ingħatat daqqa ta’ ponn f’wiċċha waqt argument li kellha mal-mara tagħha. Dan l-argument kien seħħ fid-dar tagħhom.

L-Ispettur Sherona Buhagiar li mexxiet il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużata kkoperat mal-Pulizija u ma ċaħditx l-akkużi. Qalet li l-intimata kienet qalet lill-Pulizija li kienet wettqet dan l-att biex tipproteġi lilha nnifiha hekk kif il-vittma kienet ikkonfrontatha b’tornavit.

Wara r-rapport kienu ssejħu l-ħaddiema soċjali fejn sar risk assessment. Minn dan ħareġ li l-vittma kienet f’riskju serju.
Meta kienet mistoqsija xi twieġeb għall-akkużi, l-imputata wieġeb ħatja. Kien hawn li l-Maġistrat issospenda s-seduta biex l-akkużata jkollha l-ħin biżżejjed biex terġa’ taħsibha mill-ġdid.

Wara s-sospensjoni, il-maġistrat illiberaha bil-kondizzjoni li ma twettaqx reat ieħor għal żmien sena u nħarġet ordni ta’ protezzjoni ta’ sentejn favur il-vittma.

“L-obbligu tiegħi lejk hu li żżomm il-paċi; il-paċi bejn il-familja tiegħek, u speċjalment tal-vittma, ” qal il-Maġistrat lill-akkużata.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar. Għall-imputat dehru l-avukati difensuri Franco Debono u Adreana Zammit. L-avukat Josephine Farrugia Mifsud dehret parte civile għall-vittma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport