Noureddin Amer Elmohamadi, Libjan ta’ 38 sena ammetta fil-Qorti li xtara ear pods misruqin. Il-Libjan ma tax indirizza ta’ fejn jgħix hawn Malta.
Ir-raġel ammetta li kellu dawn l-ear pods fit-23 ta’ Frar li għadda u anke fil-ġranet ta’ qabel.
Fil-Qorti ħareġ li dawn l-ear pods kienu nsterqu minn karozza flimkien ma’ affarijiet oħrajn fejn imbgħad dawn inbiegħu.
Kienet sistema elettronika li ġie stabbilit fejn jinsabu l-ear pods misruqin. Min-naħa tiegħu l-Libjan qal li kien xtara dawn mingħand raġel ieħor ta’ karnaġġjon skur fil-Marsa għall-prezz ta’ 20 ewro.
Id-difiża qalet lill-Maġistrat Charmaine Galea li hu kien ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija u għalhekk għandu jingħata piena fil-minimu tagħha. Il-prosekuzzjoni wkoll qablet mad-difiżda u għalhekk il-Qorti kkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi, bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Clayton Camilleri u Andrew Agius Bonello waqt li l-Avukat Brendan Muscat deher għar-raġel.