Raġel Libjan ta’ 28 sena, residenti l-Marsa, kellhu jittieħed l-Isptar għall-kura wara argument f’Żebbuġ, Għawdex.
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq il-Port, Żebbuġ, Għawdex.
Għaldaqstant, il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn xi persuni. Waqt dan l-argument r-raġel ta’ 28 sena sofra xi ġrieħi.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.