Kien għall-ħabta tas-2.30am meta il-Pulizija ġiet infurmata li hemmargument f’parkeġġ fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabu Libjan ta’ 39 sena residenti s-Swieqi, b’xi ġrieħi f’għonqu allegatament ikkawżati bi flixkun tal-ħġieġ.
Tim mediku issejjaħ fuq il-post u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D li ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u anke bit-tfittxijiet għall-allegat aggressur.