Monday, December 9, 2024

Libjan jingħata  sentenza sospiża wara li ammetta li kien involut fi ġlieda

Aqra wkoll

Lugman Ibrahim Benrmadan, Libjan ta’ 30 sena iżda residenti tal-Pietà, ammetta quddiem il-Maġistrat Nadia Vella li kien involut fi ġlieda f’Paceville u konsegwneza ta’ dan raġel spiċċa bi ġrieħi gravi. Hu kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika u anke li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija.

Il-prosekuzzjoni li kienet imexxija mill-Ispettur Darryl Farr qalet li l-ġlieda seħħet quddiem Burger King għall-ħabta tal-4.00am fit-2 ta’ Novembru li għadda.

Hekk kif il-Pulizija marru fuq il-post, diversi persuni indikaw lil Benrmadan li kien beda l-ġlieda u li anke kien hemm persuni li kellha xi ġrieħi.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-vittma kellha d-demm ħiereġ minn għajnejh filwaqt li dan kien qiegħed jingħata l-għajnuna ġie arrestat l-akkużat fejn ittieħed l-Għassa ta’ San Ġiljan biex ikun mitkellem mill-uffiċjali tal-Pulziija.

Ir-raġel għall-ewwel ma riedx jikkopera mal-pulizija u lanqas ried jgħid b’liema lingwa jaf jikkomunika. L-uffiċjali tal-Pulizija bdew jispjegawlu d-drittijiet tiegħu bil-lingwa Maltija, Ingliża u anke bl-Għarbi. Jirriżulta li dak il-ħin l-akkużat kien taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Fil-fatt wara sigħat u hu ma baqax taħt l-influwenza tal-alkoħol hu mill-ewwel beda jikkopera mal-pulizija fejn anke skuża ruħu ta’ dak li wettaq.

Fuq ammissjoni tiegħu stess, il-Qorti sabitu ħati u kkundannatu sena ħabs sospiżi għal 3 snin. Hu ġie mmultat €800 li għandhom jitħallsu bin-nifs fix-xahar.

L-avukat Charles Mercieca mexxa d-difiża filwaqt li l-avukat  Valentina Cassar  f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxiet il-Prosekuzzjoni mal-Ispettur Darryl Farr.

Ekonomija

Sport