Saturday, December 28, 2024

Libjan mixli b’serq jinżamm arrestat għax ma kellux flus biex iħallas għall-pleġġ

Aqra wkoll

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana, Libjan ta’ 29 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.

Hu ġie akkużat li nhar id-19 ta’ Ġunju, 2022, mill-bajja tar-Ramla l-Ħamra, limiti tax-Xagħra, Għawdex, kif ukoll minn żewġ stabbilimenti fi Triq il-Port, Marsalforn, Għawdex, seraq żewġ mowbajls, flus kontanti, dokumenti, basktijiet u diversi oġġetti oħra.

Huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja imposti fuqu mill-Qorti u li renda ruħhu reċediv.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Però huwa ma ħallasx id-depożitu tal-libertà proviżorja u għalhekk inżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Josef Gauci u Bernard Charles Spiteri.

Ekonomija

Sport