Il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista li ta fuq ONE ġie mistoqsi dwar l-abbozzi ta’ liġi dwar l-ippjanar, il-Prim Ministru habbar li se jsiru konsultazzjonijiet mal-istakeholders u mal-pubbliku ġenerali dwar dawn l-abbozzi. Habbar ukoll li se jitwaqqaf grupp ta’ ħidma (working group) mmexxi mill-Kap tas-Segretarjat tieghu, Dr Mark Mallia, u magħmul minn membri tal-Kabinett, biex jiġu analizzati l-proposti mressqa u b’hekk issir ir-riforma meħtieġa ntiża li ssir ġustizzja f’dan il-qasam.
Dr Abela spjega li din ir-riforma se tindirizza l-inċertezza li kienet qed tinħoloq minħabba deċiżjonijiet opposti li kienu qed jittieħdu mill-Qorti f’sentenzi marbuta ma’ każijiet, li f’xi ċirkustanzi kellek il-policy mhux taqbel mal-pjani lokali. Il-Prim Ministru saħaq li bit-tibdil propost, mhux se jitħalla jsir iktar żvilupp sakemm jinqatgħu l-appelli tat-tribunal u tal-qorti, bil-każi jridu jinqatgħu f’terminu ta’ sena.
Rigward ir-regolarizzazzjoni ta’ żvilupp illegali, qal li l-ħlasijiet se jirriflettu l-kobor tal-binja, billi se ssir distinzjoni jekk hux kamra żgħira f’għalqa minn binja kbira kummerċjali. Iċċara wkoll li l-Gvern mhu se jagħmel ebda witch hunt biex ineħħi strutturi ta’ min ma jirregolarizzax ruħu fuq binjiet li saru qabel l-2024.