Friday, December 27, 2024

“Liġi li kif proposta nemmen li hi l-aħjar triq ‘il quddiem” – il-Ministru Owen Bonnici

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li mara tkun qiegħda f’sitwazzjoni ta’ saħħa gravi mhijiex ‘mhu xejn’. “Jiena mbellaħ ħafna bl-insensittività ta’ xi wħud li jitkellmu dwar il-fatt li mara tkun f’qagħda ta’ saħħa gravi daqslikieku xi ħaġa mhi xejn ladarba din tkun tqila.”

Il-Ministru Bonnici saħaq li ma jistax jaċċetta li mara li tkun f’qagħda ta’ saħħa gravi minħabba ċirkostanzi mediċi marbuta mat-tqala tagħha, inħalluha tkarkar, trid u ma tridx, sakemm tkun f’pożizzjoni ta’ bejn ħajja u mewt qabel mal-esperti jaraw jekk għandhiex tiġi tterminata l-ħajja.

“Ma nistax naċċetta li mara tkun f’qgħada ta’ saħħa gravi minħabba ċirkostanzi mediċi marbuta mat-tqala tagħha, u ma ntuhiex vuċi u minflok ma tiddeċiedi hi, niddeċiedu aħna l-leġiżlaturi li hi ma jkollhiex vuċi. Min se jgħix bil-konsegwenzi taċ-ċirkostanzi mediċi gravi, aħna jew il-mara? Speċjalment jekk dik il-mara tkun diġà omm ta’ tfal oħra.”

Il-Ministru Bonnici żied jgħid li biex din il-liġi, li huwa jemmen li kif proposta hi l-aħjar triq ‘il quddiem, tagħmel il-ġid huwa kruċjali li ma tiġix abbużata. Qal ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni messu jistħi għall-mod kif tkellem dwar il-każ tal-koppja Prudente.

Huwa temm jgħid li din hija liġi importanti immens, li se timmarka kemm aħna disposti li flok għall-assolutiżmu immorru għall-umanità

Ekonomija

Sport