Kylian Mbappe sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Paris St-Germain f’Ligue 1 hekk kif għelbu lit-team ta’ warajhom, Lens, b’10 players biex fetħu ħames punti vantaġġ fil-klassifika.
Mbappe, li skorja l-139 goal tiegħu fil-169 logħba tiegħu fil-kampjonat, qabeż it-total tal-Urugwajan, Edinson Cavani.
F’partita kruċjali bejn l-ewwel żewġ timijiet tal-kampjonat, il-midfielder ta’ Lens, Salis Abdul Samed, tkeċċa wara 19-il minuta.
Vitinha u Lionel Messi skorjaw ukoll għal PSG qabel ma Przemyslaw Frankowski ta’ Lens naqqas id-distakk minn penalty.
Lens, fit-tieni post, ħolqu bosta ċansijiet minkejja li kienu 3-0 minn taħt fl-ewwel taqsima, iżda ma setgħux iżidu mal-penalty ta’ Frankowski hekk kif PSG resqu eqreb il-11-il titlu tal-kampjonat.