Lija Athletic rebħu r-raba’ edizzjoni tan-Nestlè Ice Cream Beach Soccer League fi Pretty Bay Birżebbuġa meta fil-finali ma sabu ebda problema sabiex jegħlbu lil Birżebbuġa Tigers bl-iskor ta’ 11-4.
Lija Athletic iddomina din il-partita mill-bidu sal-aħħar fejn sa tmiem l-ewwel taqsima kienu diġa’ stablixxew vantaġġ ta’ ħames gowls. Birżebbuġa sabuha difficli jinfdu d-difiża ferm organizzata tal-avversarji u x-xuttijiet bdew jaslu mid-distanza.
Daniel Zerafa u l-captain Mark Camilleri skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Sebastian Nayar kien awtur ta’ doppjetta. Luca Mallia, Nicholas Schembri u Lydon Micallef żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Birżebbuġa naqqsu l-marġni tal-iskor minn doppjetta ta’ Brandon Lee Bray, Justin Camilleri u Camillo Escobar.
Fi tmiem il-partita, il-president tal-MBSA Pio Vassallo flimkien mad-direttur tal-futsal u beach soccer fi ħdan l-MFA Mark Marlow ippreżentaw it-tazza lill-captain ta’ Lija Athletic Mark Camilleri.
Intant l-unur tal-best plejer tat-turnament rebħu Lydon Cuschieri ta’ Birżebbuġa tigers filwaqt li l-unur tal-aqwa GK rebħu Zack Valletta ta’ Birżebbuġa. Tigers. Top Scorer tat-turnament spiċċa Nezar Fawzi S Abouaisha ta’ Badgers bi 18-il gowl.
Lija A: Julian Azzopardi, Yessous Camilleri, Daniel Zerafa, Sebastian Nayar, Lydon Micallef, Edward Gatt, Mark Camilleri, Lee Joe Schembri, Luca Mallia, Kurt Borg, Nicholas Schembri, Aidan Agius Gilford
Birzebbugia Tigers: Zach Valletta, Nigel Spiteri, Manuel Sevasta, Brandon Lee Bray, Justin Camilleri, Clint Camilleri, John Paul Barbara, Nicholas Abdilla, Noel Tabone, Jesmar Briffa, Camillo Escobar
Referees: Jude Amin Utulu, Clint Cassar, Andrea Naudi
Time-keeper: Jonathan Balzan