Friday, January 17, 2025

Lija Athletics jeliminaw lill-holders Swieqi United Futsal LEC 07

Aqra wkoll

Iċ-champions tal-futsal femminili Lija Athletic irnexxielhom jeliminaw lill-holders tal-Enemed Women’s KO Swieqi United wara li rebħulhom 4-2.

it-tim immexxi minn Jackie Abdilla kien determinat sa mill-bidu biex jikseb dak li jrid iġifieri l-kwalifikazzjoni u stabilixxa vantaġġ ta’ 4-0 wara doppjetta ta’ Haley Russell, Izabella Camilleri u Leanne Micallef.

Swieqi skorjaw żewġ gowls lejn l-aħħar permezz ta’ Amy Abdilla u Vanessa Honorio Carneiro.

Referees kienu Andrea Naudi u Danilo Francalanza.

Zero Sei iddominaw għal kollox il-konfront kontra Iklin tant li rebħulhom 8-0.

L-iskorer prolifika Andrea Alonso kienet il-protagonista għal Zero Sei meta skorjat erba’ gowls b’Elisa Czik li kienet awtriċi ta’ doppjetta personali. Shania Spiteri u Danna Fuentes għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Referees kienu Stephen Vella u Sara Kankaras.

Santa Margherita għelbu lil Parr Mela Futsal 5-2 f’logħba interessanti.

Santa Margherita fetħu vantaġġ ta’ ħames gowls grazzi għad-doppjetta ta’ Audrey Chetcuti u gowls oħra ta’ Kirsty Paris, Shakira Bugeja u awtogowl ta’ Yulli Vargas.

Parr Mela skorjaw iż-żewġ gowls ta’ konsolazzjoni permezz ta’ Tabia Zolat.

Referees kienu Clinton Cassar u Marco La Rosa.

B’hekk fis-semifinali tal-Enemed Women’s KO li se jsiru l-ġimgħa d-dieħla, Lija Athletic jilagħbu kontra Santa Margherita filwaqt li Zero Sei jaffaċċjaw lil Mtarfa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport