Sunday, May 19, 2024

“Lil min s’issa kien kontra tagħna se naraw kif fix-xhur u s-snin li ġejjin inġibuh magħna”

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament Chris Fearne

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Għat-tielet darba infila l-Partit Laburista reġa’ rebaħ l-elezzjoni ġenerali. Din ir-rebħa hija tal-Partit Laburista, imma irridu nkunu ċertu wkoll li din ir-rebħa tkun tal-poplu Malti u Għawdxi kollu għax aħna kkampanjajna bl-għajta tal-għaqda”. Sostna dan id-Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-parlament Chris Fearne waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Fearne qal li l-poplu għażel l-għaqda u għalhekk issa l-gvern għandu l-isfida li min sa issa kien kontra l-partit, fix-xhur u snin li ġejjin jagħżel lill-Partit Laburista.

Fearne kompla biex jgħid li biex il-Partit Laburista sar relevanti inbidel u jeħtieġ li biex jibqa’ relevanti jeħtieġ li b’ħarstu ’l quddiem il-Partit Laburista ta’ għada jaġġorna ruħu u jinbidel biex ikun differenti milli hu llum.

Huwa temm ikompli bl-appelli ta’ dawk ta’ qablu u qal li dawn l-aħħar għaxar snin kienu biss il-bidu għax dan il-gvern baqagħlu proġetti kbar xi jwassal għal pajjiżna.

Sport