Sunday, November 24, 2024

Lil Papa Emeritus Benedittu XVI waqfulu l-kliewi

Aqra wkoll

Wara li Papa Franġisku dalgħodu talab lid-dinja biex titlob għal Papa Emeritus Benedittu XVI, skont rapporti fil-midja internazzjonali b’mod partikolari dawk marbutin mal-Knisja Kattolika jidher li l-kliewi tal-Papa waqfu jaħdmu.

Sorsi qrib il-Vatikan qalu li fl-aħħar sigħat saħħet il-Papa baqgħet sejra għal agħar tant li anke kellha ssir modifikazzjoni wrġenti tal-pacemaker li għandu.

Persuni qrib Papa Franġisku li tkellem mal-midja internazzjonali qalu li l-Papa sejjaħ għat-talb minħabba li kollox qiegħed jindika li l-mewt ta’ Benedittu XVI hija ħafna fil-qrib.

Bħalissa l-Papa Emeritus Benedittu XVI jinsab f’qagħda stabbli u għandu t-tobba miegħu l-ħin kollu. Madankollu minħabba l-età tiegħu s-sorsi qalu li t-tobba ftit li xejn jistgħu jintervjenu.

Qed jingħad li ħdejn hemm l-aktar persuni li kienu qrib tiegħu meta kien Papa.

Sport