Saturday, October 26, 2024

“Lil Twannie qatt ma nsejtu… kull sena nmur fuq qabru”

64 sena ilu nqatel Twannie Aquilina ta’ tmien snin

Aqra wkoll

“Konna noqogħdu f’istess karrejja. Ġiġa, omm Twannie kienet toqgħod fuqna meta ġara d-delitt ta’ Twannie. Hu ma’ tantx kien joħroġ barra imma oħtu Carmen kienet dejjem tilgħab iż-żibeġ magħna. Wara dak id-delitt, sfratta kollox. Madwar ħamsin sena ilu sifirt.  Niġi Malta darbtejn fis-sena, u sal-ġurnata ta’ llum, kull sena nżur il-qabar ta’ Twannie . Qatt ma nsejtu, u qatt ma ninsieh”.

Dan tiddikjarah Rose, li kienet ġara ta’ din il-familja, meta 64 seħħet it-traġedja ta’ Twannie, li xxukkjat lil Malta. Kien proprju bħal lum proprju 64 sena ilu, metą ħarġet l-aħbar li Twannie Aquilina, tifel ta’ 8 snin instab maqtul fid-dar tal-ġenituri tiegħu.

Delitt li għadu joħloq kontroversja sal-lum. L-avukat Malti Awstraljan, Carmel Chetcuti, li kien jgħix fil-viċinanzi, kien ijiddikjara ukoll li għadu ta’ kull darba meta jiġi Malta, jgħaddi mill-post fejn inqatel.

It-tifel instab f’għadira demm. Għonqu kien imħanxar b’sikkina tal-ħobż, tant li rasu kienet kważi se tinqata’ barra. Is-suspettati kienu primarjament ommu stess, Luigia Camilleri, magħrufa bħala Ġiġa, u zewgha Leli.  

Dan id-delitt hemm ħafna kontroversji dwar. Hemm min iqisu bħala każ bħala konkluż. Dawn jemmnu li kienu Ġiġa u Leli li qatlu lit-tifel. Hemm oħrajn imma li jemmnu li weħlu l-ħabs nies innoċenti.

Ġiġa minn dejjem ċaħdet l-akkużi iżda hi kienet nstabet ħatja, flimkien mar-raġel tagħha Leli, tal-mewt ta’ binha. Leli ngħata sentenza ta’ 20 sena priġunerija b’xogħol iebes filwaqt li Ġiġa ngħatat il-piena kapitali. Però, l-piena ta’ Ġiġa ġiet appellata u nbidlet biex tingħata sentenza ta’ priġunerija għal għomorha. 

Huma diversi dawk li f’xi saram, jitolbu lil Twannie Aquilina, li jqisuh bħala “tfajjel qaddis”. Huma diversi dawk li meta jkunu fiċ-ċimiterju tal-Addolorata imorru jżuru l-qabar tiegħu.

M’hemm ebda dubju li dan il-każ kien ixxokkja lil Malta u ħafna li dakinhar kienu żgħar fl-età jew tfal għadhom jiftakru sewwa dan il-każ. Kumment li ntbagħat lilna kien ta’ tifel li missieru kellu ħanut fejn jiftakar lil ħuh jaqra x’ġara mill-gazzetta lill-parruċċani.

Sport