Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia qal li ħa gost jisma’ lill-Ministru Camilleri jgħix li aġixxa fil-każ tal-eks Kummissarju u qal li għalhekk l-implikazzjoni hi dwar min ma jaġixxix. Adrian Delia staqsa li f’Jannar li għadda fuq il-Kummissarju tal-Pulizija konna nafu li dak m’aġixxa xejn fuq investigazzjonijiet li kellu jagħmel. Qal li minkejja dan intgħażel konsulent.
Il-Ministru Byron Camilleri qal li “lili hemm barra jikkritikawni li dwar Soho, il-Kummisssarju tal-Pulizija ma investigahx lil Adrian Delia. Il-pulizija għandha tinvestiga lil kulħadd mingħajr ma tħares lejn wiċċ ħadd.”