Wednesday, January 29, 2025

Lilu l-King jingħata l-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Mohamed Ali Ahmed Elmushraty magħruf aħjar bħala Lilu King ingħata l-ħelsien mill-arrest mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. L-akkużat kien tressaq il-Qorti akkużat li sawwat raġel ieħor fix-Xatt ta’ Tas-Sliema.

Fil-Qorti, mix-xhieda tal-vittma kien ħareġ li dan spiċċa mal-art, wara li allegatament qala’ madwar erba’ jew ħames daqqiet minn Elmushraty. Spjega kif kawża tal-istess daqqiet, spiċċa għamel madwar ġmgħa ma setax jiċċaqlaq.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Farrugia Frendo laqgħet it-talba għal liberta’ proviżorja fuq diversi kundizzjonjiet fosthom li jiffirma darbtejn kuljum l-għassa ta’ San Ġiljan.

Il-Qorti ordnalu wkoll sabiex jiddepożita is-somma ta’ €30,000 u jagħmel tajjeb b’garanzija personali ta’ €100,000. Għal Lilu l-King qed jidhru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Josà Herrera.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport