Friday, July 11, 2025

Lilu l-King jingħata l-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Lilu l-King ingħata mill-ġdid il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet foshtom depożitu ta’ €40,000 u garanzija personali ta’ €200,000.

Fil-Qorti, ġie spjegat li f’Ottubru tal-2024, Mohammed Ali Ahmed Elmushraty kien tressaq il-Qorti mixli li weġġa’ raġel b’mod gravi u li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest dwar każ ieħor.

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li pprosediet il-każ, laqgħet ir-rikors li tressaq mid-difiza ta’ Elmushraty wara li fost oħrajn qiegħed il-kondotta preċedenti tal-akkużat, l-istadju li fih waslu l-proċeduri u ċ-ċirkostanzi tal-każ. 

Huwa ġiie mitlub sabex ma jersaqx lejn portijiet jew l-inħawi tal-ajruport, li jirrapporta l-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan darbtejn kuljum filgħodu u filgħaxija u li jkun id-dar f’ċertu ħinjiet imposta lilu mill-Qorti. 

Il-Qorti wissietu li jekk jikser waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, jitlef mhux biss il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, iżdja jinħareġ mandat ta’ arrest kontrih u s-somma totali ta’ €280,000.

Id-Difiża f’dan il-każ tmexxiet mill-Avukati Franco Debono, Jose Herrera u Marion Camilleri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport