Saturday, November 23, 2024

Lilu l-King jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba li l-Maġistrat ma ġietx infurmat bil-każ

Aqra wkoll

Mohammed Ali Ahmed Elmushraty ta’ 32 sena minn San Ġiljan, magħruf bħala l-Lilu King ingħata l-ħelsien mill-arrest, bir-raġuni li l-arrest kien wieħed invalidu minħabba li l-Maġistrat ma kinitx infuramata bil-każ.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman, spejgat li Mohammed ġie akkużat li saq mingħajr ma kellu liċenzja, li saq b’mod perikoluż u li kiser il-kunidzzjonijiet tal-liberta’ provisorja mogħtija lilu mill-Qorti.

Ġie spjegat ukoll li l-Pulizija ġiet infurmata li matul il-lejl ta’ bejn it-8 u d-9 ta’ Awwissu kien hemm ħabta bejn buggy u karozza f’Paceville. Meta marru fuq il-post, il-pulizija sabu li kien hemm persuna feruta mal-art.

L-Ispettur Hayman qal li kien hemm suspett li seħħu xi reati konnessi mal-persuna midruba li ttieħdet b’ambulanza.FIl-Qorti, huwa wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti spjegat kif l-arrest tal-akkużat qed jiġi ddikjarat invalidu minħabba li l-Pulizija li arrestaw lil Elmushraty ma infurmawx il-Maġistrat fil-ħin stipulat fil-liġi. Għalhekk il-Maġistrat iddikjarat l-arrest invalidu u nħeles mill-arrest iżda l-każ se jkompli.

Għall-akkużat deher l-avukat Franco Debono.

Sport