Thursday, December 26, 2024

Lilu l-King lura l-Qorti … mixli li ħebb għal raġel 

Aqra wkoll

Mohamed Ali Ahmed Elmushraty ta’ 33 sena, magħruf bħala Lilu King inżamm taħt arrest preventiv, wara li tressaqi l-Qorti fejn ġie mixli li ħebb għal raġel ieħor u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. L-allegat seħħ nhar it-12 ta’ Ottubru li għadda bejn is-7:30 p.m u t-8:30 p.m ġewwa Tas-Sliema u l-Gżira. 

Quddiem il-Maġistrat Vella, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman spjegat li, minn filmati tac-CCTV li kien hemm viċin tal-post fejn seħħ l-argument bejn Elmushraty u l-vittma, irriżulta li Lilu l-King deher jiġġieled ma’ raġel u li allegatament ħarab minn fuq il-post. 

Mal-Pulizija, l-imputat stqarr li huwa agrumenta mal-persuna l-oħra minħabba li dan allegatament tefgħalu tazza birra u seraqlu l-mobile. Mohamed irrimarka li huwa kien qiegħed jagħmel dan biex jiddefendi lilu innfisu u mhux biex jiġġieled.

Fil-Qorti, id-Difiża mmexxija mill-Avukati  Franco Debono, Dr Jose Herrera u Dr Adriana Zammit qalet li Elmushraty kien il-vittma u li għamel li għamel sabiex jiddefendi lilu nnifsu. Kien hawn fejn id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni. 

L-Ispettur Hayman sostna li Lilu l-King ma għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi raġunijiet fosthom li r-reat innifsu seħħ f’post pubbliku  u li għalhekk Elmushraty kiser il-paċi pubblika. L-Ispettur żied jgħid li El Mushraty għandu tliet digriedi imposti fuqu u li għalhekk dan kellu jagħmel pass lura. 

Min-naħa tiegħu l-Avukat Herrera qal fil-Qorti li l-istint tal-bniedem hu li meta jkun hemm xi ħaġa b’mod naturali jispiċċa jirreaġixxi. Sostna lidan kien inċident u reat żgħir u li minħabba l-istess raġuni, Lilu l-King għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest. 

Id-Difiża talbet sabiex jinħatar espert mediku li jkun jista jeżamina lill-imputat u lill-vittma sabiex jiġi determinat jekk dawn humiex qed iġarrbu xi ġrieħi konsegwenza tal-istess arguemnt li kellhom bejniethom. Il-Qorti laqgħet it-talba tad-Difiża, bil-Prosekuzzjoni wkoll taqbel ma’ dak li ġie ġie ssuġġerit. 

Il-Qorti ppresduta mill-Maġistrat Vella ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fil-konfront ta’ Elmushraty, fosthom minħabba biża’ ta’ intralċ ta’ provi u minħabba li għadu jrid jixhed l-allegat vittma. 

Il-Qorti ordnat ukoll protezzjoni fil-konfront tal-vittma għal perjodu ta’ sentejn. Lilu l-King ġie imwissi mill-Qorti li jekk jikser din l-ordni jista’ jeħel sa €7,000 multa u sentejn priġunerija. 

Ekonomija

Sport