Il-kriżi tal-fuel madwar l-Ewropea diġà bdiet tħalli l-effetti tagħha. Il-Gvern ta’ Slovenja ħabbar li minħabba nuqqas ta’ provista fi fuel, mil-lum daħal limitu ta’ kemm wieħed jista’ jixtri.
Il-Prim Ministru Robert Golob ħabbar li b’effett immedjat, kull persuna tista’ tixtri sa 50 litru ta’ fuel kuljum għal vetturi privati filwaqt li kumpaniji jistgħu jixtru sa 200 litri ta’ fuel kuljum.
Din ir-restrizzjoni se tibqa’ fis-seħħ sakemm il-provista terġa’ tiġi lura għan-normal ħabbar il-Prim Ministru Golob.


