Lionel Messi (8 pen, 45, 47, 71 u 76) skorja l-ħames goals li bihom l-Arġentina għelbu lill-avversarji ta’ Malta tal-Ħamis li ġej, l-Estonja, 5-0, f’partita ta’ ħbiberija li saret f’Pamplona, Spanja nhar il-Ħadd.
L-Arġentina għelbu lill-Italja 3-0 fil-Finalissima f’Wembley – logħba bejn iċ-champions tal-Ewropa u l-Amerika t’Isfel – nhar l-Erbgħa. Fiha Messi pprovda żewġ assists u issa reġa’ kien fl-aqwa forma tiegħu.
Meta skorja r-raba’ goal huwa għadda lil-leġġendarju Ferenc Puskas li skorja 84 goal għall-Ungerija.
Messi issa huwa r-raba’ l-ogħla skorer tal-football internazzjonali, wara biss il-Portugiż Cristiano Ronaldo (117), l-Iranjan Ali Daei (109) u l-Malasjan Mokhtar Dahari (89). Messi għandu 86.
Hija l-ewwel darba li l-player ta’ 34 sena skorja ħamsa f’logħba għal pajjiżu. Fil-fatt, huwa qatt ma kiseb din il-bravura qabel fil-karriera tiegħu sar-rebħa ta’ 7-1 ta’ Barcelona fuq Bayer Leverkusen fiċ-Champions League fl-2012.
Il-Portugiż skorja darbtejn fir-rebħa 4-0 ta’ pajjiżu fin-Nations League kontra l-Isvizzera nhar il-Ħadd.