Jidher li qed tikber it-tensjoni għal Lionel Messi fit-team ta’ Paris St-Germian.
Waqt it-taħriġ għal-logħba kontra Olympique de Marseille, l-attakkant Arġentin kellu xi jgħid bil-kbir ma’ Vitinha.
F’din is-sessjoni ta’ taħriġ ma kienx hemm Neymar minħabba li qed jirkupra minn injury ħafifa.
Qed jiġi rrapportat li Messi jiġi ttakiljat minn Vitinha b’mod qawwi meta huwa kien għadu kif ħeles mill-ballun.
L-eks plejer ta’ Barcelona wissieh biex ma jidħolx daqshekk qassi, iżda l-Portugiż reġa’ għamel bil-konsegwenza li ż-żewġ players ġew fl-idejn.
Mingħajr ma jikkonferma jekk hux se jibqa’ ma’ PSG jew le, Messi jista’ jkun fl-aħħar stadji tiegħu mal-club tal-belt kapitali Franċiża. Jekk huma jiġu eliminati mill-UEFA Champions League wara li tilfu l-ewwel leg tal-Aħħar 16 f’darhom kontra Bayern Munich, huwa jħabbar li se jitlaq.