Il-captain tal-Arġentina Lionel Messi laħaq “ftehim fil-prinċipju” biex iġġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Paris St-Germain.
Messi, ta’ 35 sena, li mexxa lill-Arġentina għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, se jintemmlu l-kuntratt f’Ġunju li ġej.
Fil-jiem li għaddew, il-president ta’ Barcelona, Joan Laporta, qal li “jixtieq” li Messi jirritorna mal-club Spanjol fejn qatta’ 21 sena. Peró l-Katalani ma għamlu l-ebda kuntatt miegħu fit-tentattiv li jibdew in-negozjati.
Messi mistenni jiffirma għal sena b’għażla għal sena oħra hekk kif it-taħditiet ilhom għaddejjin bejn id-direttur sportiv Pariġin, Luis Campos u missier Messi, Jorge.
Prattikament huwa kollu miftiehem ma’ PSG.