L-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Lionel Messi, żvela li t-Tazza tad-Dinja tal-2022 fil-Qatar se tkun l-aħħar tiegħu mal-Arġentina.
Il-player ta’ 35 sena huwa meqjus b’mod ġenerali bħala l-aqwa footballer ta’ kull żmien u rebaħ numru kbir ta’ trofej u rikonoxximenti individwali f’livell ta’ club matul il-karriera professjonali notevoli tiegħu ta’ 18-il sena.
Messi fl-aħħar irnexxileu jikseb l-ewwle unur maġġuri f’livell internazzjonali meta l-Arġentina għelbet lir-rivali tal-Amerika t’Isfel il-Brażil fil-finali tal-Copa America tal-2021.