Il-coach ewlieni tal-Arġentina, Lionel Scaloni, estenda l-kuntratt tiegħu maċ-champions tad-dinja sal-2026, li jkopri l-Copa America tal-2024 u t-Tazza tad-Dinja tal-2026.
Wara dan il-ftehim Scaloni sejjaħ is-26 membru kollha tal-iskwadra li ħadet sehem b’suċċess fit-Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar f’Novembru u f’Diċembru li għaddew, bħala parti minn skwadra ta’ 34 player, għall-partiti ta’ ħbiberija ta’ dan ix-xahar kontra l-Panama u Curacao.
Dawn il-logħbiet se jkunu l-ewwel li se jilagħbu La Albliceleste bħala champions tad-dinja, b’Lionel Messi se jerġa’ jmexxihom fil-ground, bħala parti mill-wegħda tiegħu li ma jirtirax mill-football internazzjonali.
Wara r-rebħa fil-Qatar Messi ddikjara li kien lest jilgħab fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Copa America u potenzjalment fit-tournament innifsu fi żmien 15-il xahar.
L-Arġentina huma ċ-champions tad-dinja u tal-kontinent Sud Amerikan għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom, iżda Scaloni mistenni jamministra l-ħin tal-logħob ta’ Messi fix-xhur li ġejjin, hekk kif potenzjalment qed javviċina lejn 200 logħba internazzjonali tiegħu.