Inter Miami, immexxija mis-sid David Beckham, qed jirsisti qatigħ sabiex jikseb is-servizzi tal-istilla Arġentina Lionel Messi. Dan tal-aħħar fadallu l-aħħar xhur ta’ kuntratt ma’ Paris St Germain u f’dan l-istadju kollox jista’ jiġri.
Filwaqt li l-Pariġini jridu jġeddulu l-kuntratt, l-eks tim tiegħu Barcelona jixtiquh lura wkoll għalkemm bosta kritiċi tal-futbol mondjali qed jgħidu li Messi jista’ jmur fl-Istati Uniti minħabba somma flus li tista’ tasal għandu ġaladarba jingħaqad ma’ Inter Miami.