L-attakkant tal-Arġentina, Lionel Messi, iffirma mal-club Amerikan tal-MLS, Inter Miami, bi ftehim li jintemm fl-2025.
Ir-rebbieħ seba’ darbiet tal-Ballon d’Or, li għandu 36 sena, ħalla liċ-champions Franċiżi, Paris St-Germain, fi tmiem l-istaġun li għadda 2022-23.
“Ninsab eċċitat ħafna li se nibda dan il-pass li jmiss fil-karriera tiegħi ma’ Inter Miami u fl-Istati Uniti,” qal Messi, li mexxa lil pajjiżu hekk kif rebaħ it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, is-sena l-oħra.
Il-ko-proprjetarju ta’ Inter Miami, David Beckham, qal li l-firma kienet “ħolma li saret realtà”.
Messi, li qabel qatt ma lagħab ma’ xi club barra mill-Ewropa, żied jgħid: “Din hija opportunità meraviljuża u flimkien se nkomplu nibnu dan il-proġett sabiħ.
Dwar is-servizzi ta’ player li mistenni jirbaħ Ballon d’Or ieħor din is-sena, Beckham qal: “10 snin ilu, meta bdejt il-vjaġġ tiegħi biex nibni team ġdid f’Miami, għedt li ħlomt li nġib l-akbar players tad-dinja, għal din il-belt tal-għaġeb.
“Illum dik il-ħolma saret realtà. Ma nistax inkun iktar kburi li player tal-kalibru ta’ Leo qed jingħaqad mal-club tagħna, iżda jien ukoll kuntent li nilqa’ ħabib tajjeb, persuna mill-aqwa u l-familja sabiħa tiegħu biex jingħaqdu mal-kommunità tagħna ta’ Inter Miami.”