Saturday, November 9, 2024

Lionel Messi mhux se jirritorna ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Il-president ta’ Barcelona, Joan Laporta, eskluda l-possibbiltà li Lionel Messi jirritorna mal-club bħala player.

Is-seba’ darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb kien imġiegħel iħalli lill-Blaugrana fis-sajf li għadda, bil-problemi finanzjarji tal-club li ilhom għaddejjin jagħmluha impossibbli li jżommuh fuq il-kotba tagħhom.

Messi irnexxielu jiskorja biss żewġ goals minn 18-il partita tal-Ligue 1 bil-flokk ta’ Paris Saint-Germain – kif ukoll ipprovda 11-il assist – u l-konsulent Enric Masip dan l-aħħar irrifjuta li jeskludi ritorn sensazzjonali għall-player Arġentin fil-Camp Nou.

Madankollu, Laporta minn dak iż-żmien għalaq taħditiet bħal dawn, u qal li: “Ma rċevejt l-ebda messaġġ mingħand Messi jew l-aġenti tiegħu dwar il-possibbiltà li jirritorna lura ma’ Barcelona. Mil-lum, mhux se nkunu qed inqajmu din il-kwistjoni.”

“M’hemm l-ebda konversazzjoni ma’ Leo Messi dwar ir-rimonta potenzjali tiegħu ma’ Barcelona. Ir-realtà hija li mhux qed nikkunsidraw din il-possibbiltà. Leo huwa l-aqwa player fid-dinja – iżda dan it-tip ta’ ftehim mhuwiex parti mill-pjanijiet tagħna.”

Messi ħalla lil Barcelona b’672 goal u 303 assists minn 778 partita, u huwa rrappurtat li m’għandu l-ebda xewqa li jħalli lil PSG dan is-sajf, bil-ftehim tiegħu f’Pariġi se jiskadi fl-2023.

Sport