Il-Kampjonat tal-Arabja Sawdija qed jipprepara li jagħti merħba lil Lionel Messi wara li fil-bidu ta’ dan l-istaġun, Cristiano Ronaldo ngħaqad ma’ Al Nassr.
Ir-rivali eterni tagħhom, Al Hilal qed jippreparaw offerta ta’ €220 miljun biex qabel jirtira, Messi jingħaqad ma’ magħhom għas-sentejn li ġejjin.
Fis-sajf li għadda dan il-club kien sanzjonat mill-FIFA milli jiffirma players hekk kif kienu interessanti li jakkwistaw lil Ronaldo.
Iżda issa xeħtu l-interess tagħhom fuq dan il-player ta’ 35 sena li f’Novembru li għadda mexxa lill-Arġentina għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja 2022.
Huwa mhux mistenni li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Paris St-Germain wara li sfaw eliminati mill-UEFA Champions League u għaldaqstant ma tkun l-ebda sorpriża li jerġa’ jiffaċċja lir-rival etern tiegħu fix-xhur li ġejjin.