Ma’ kull ġurnata li tgħaddi, jidher li Lionel Messi se jitlaq lil Paris St-Germain bil-possibbiltá li jirritorna ma’ Barcelona.
Rapporti qed isostnu li l-player Arġentin ta’ 35 sena, huwa ferm urtat wara li nhar il-Ħadd li għadda, fit-telfa f’darhom kontra Lyon, huwa ntlaqa’ b’għadd ta’ tisfir u bbuwjar mill-partitarji tiegħu stess.
Barra minn hekk, mhuwiex lest li jaċċetta tnaqqis ta’ 25% fis-salarju tiegħu u għalaqstant f’Ġunju li ġej, se jinnegozja l-kuntratt tiegħu stess.
F’Diċembru li għadda kollox deher li huwa kien se jiffirma kuntratt ġdid bl-istess salarju li qed jaqla’ fil-preżent.
Iżda x-xenarju nbidel għal kollox minn dakinhar u jingħad li r-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet hija tensa.