Monday, September 23, 2024

Lionel Messi se jibqa’ ma’ Paris Saint-Germain

Aqra wkoll

Lionel Messi se jibqa’ ma’ Paris Saint-Germain dan is-sajf minkejja l-ispekulazzjoni mifruxa dwar il-futur tiegħu.

Il-player ta’ 34 sena skorja seba’ goals u pprovda 11-il assist f’26 dehra għal PSG minn meta ngħaqad mal-ġganti Franċiżi mingħand Barcelona fis-sajf li għadda.

Messi riċentement kien ibbuwjat minn sezzjoni tal-partitarji tal-club Franċiż tiegħu, u kien hemm stqarrijiet li missieru li huwa wkoll l-aġent tiegħu kien f’kuntatt ma’ Barcelona dwar ritorn possibbli fil-Camp Nou.

Madankollu, minkejja l-ewwel staġun mhxu daqshekk ta’ suċċess f’Pariġi, l-internazzjonali Arġentin m’għandu l-ebda pjan li jħalli l-club fi tmiem l-istaġun.

Messi se jara l-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu mal-club mil-Ligue 1 qabel ma jitlaq bi free transfer f’Ġunju tal-2023.

Il-coach ta’ Barcelona Xavi qal li ‘l-bibien huma dejjem miftuħa’ għal Messi fil-Camp Nou meta mistoqsi jekk ilplayer mill-Amerika t’Isfel jistax jirritorna fil-club qabel tmiem il-karriera tiegħu.

Messi skorja 672 goal u rreġistra 303 assist f’778 dehra ma’ Barcelona qabel ħalla lill-club bi free transfer minħabba l-problemi finanzjarji tagħhom.

Sport