Saturday, September 7, 2024

Lionel Messi se jirtira ma’ Newell’s Old Boys

Aqra wkoll

Skont sit elettroniku Arġentin, l-attakkant veteran Lionel Messi se jibqa’ jilgħab ma’ Inter Miami sas-sena 2025 sabiex eventwalment jirtira mil-logħba tal-futbol ma’ Newell’s Old Boys. Dawn tal-aħħar huma t-tim favorit ta’ Messi u darba kien aċċerta lill-partitarji tat-tim li ġaladarba jiġi biex jirtira jmur proprju magħhom.

Messi kiber fl-akkademja ta’ Newell’s Old Boys bejn l-1995 u s-sena 2000 qabel m’għamel il-qabża fil-kwalita’ meta ngħaqad ma’ Barcellona.

Hu għandu 36 sena u ngħaqad ma’ Inter Miami fil-bidu tas-sajf u s’issa lagħab erba’ logħbiet u skorja gowl wieħed biss.

Ekonomija

Sport