Il-captain tal-Arġentina, Lionel Messi, ġie sospiż ġimgħatejn minn Paris St-Germain wara li din il-ġimgħa vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija mingħajr il-permess tal-club.
Il-vjaġġ segwa t-telfa tal-club Franċiż minn Lorient nhar il-Ħadd, li fiha Messi lagħab id-90 minuta sħaħ. Huwa mhux se jitħarreġ jew jilgħab ma’ PSG matul il-perjodu tas-sospensjoni tiegħu.
Huwa mifhum li l-player ta’ 35 sena talab permess biex jagħmel il-vjaġġ biex iwettaq xogħol kummerċjali, iżda ġie rrifjutat. Messi, li wkoll ġie mmultat mill-club, għandu rwol bħala ambaxxatur tat-turiżmu għall-Arabja Sawdija.
Il-kuntratt ta’ sentejn tar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ma’ PSG jiskadi dan is-sajf.