Il-kowċ tal-Arġentina Lionel Scaloni tilef wieħed mid-difensuri ċentrali tiegħu hekk kif Lisandro Martinez kellu jħalli lill-iskwadra Sudamerikana minħabba injury. Il-plejer rebbieħ tat-tazza tad-dinja f’Diċembru li għadda fil-Qatar.
Il-plejer ta’ 25 sena li jilgħab ma’ Manchester United kien weġġa’ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Arsenal u kellu joħroġ. Sadanittant Scaloni kien qed jittama li l-plejer jirkupra iżda mal-ewwel sessjoni ta’ taħriġ reġa’ beda jħoss l-uġigħ f’siequ.
Martinez lagħab 16-il darba mat-tim nazzjonali Arġentin.