Friday, November 15, 2024

Lista ta’ kontravenzjonijiet fil-midja.. konfermata li mhix uffiċjali

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar siegħat bdiet tiċċirkola l-lista ta’ kontravenzjonijiet u l-multi abbinati magħhom, skond dak li qed jingħad li huma r-rati ġodda, liema lista qajjmet furur sħiħ fil-midja.

Fost l-aktar multi li lmentaw dwarhom kien hemm multi li skond din il-lista għamlu qabża kbira fil-multa abbinata magħhom.

Fost dawn, kien hemm dik relatata mat-tint tal-karozzi u kif ukoll tal-użu tal-mobile waqt is-sewqan, li minn €100 telgħet għal €300, filwaqt li l-oħra telgħet minn €11.65 għal €150, rispettivament.

Intant dan is-sit jinsab infurmat minn kelliem ta’ Transport Malta li din il-lista mhix waħda uffiċjali.

Bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni dwar is-sigurtà fit-toroq u t-tisħiħ tal-infurzar u d-dixxiplina fit-toroq, fost numru ta’ miżuri, qed issir evalwazzjoni ta’ inċidenti u kawżi li jwasslu għalihom, u kontravenzjonijiet relatati magħhom.

F’dan l-istadju m’hemm xejn deċiż jew konkluż. Komunikazzjoni uffiċjali ssir meta l-eżerċizzju jiġi finalizzat.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Prim Ministru Robert Abela, aċċenna għal diskussjoni li għandha twassal għal infurzar aktar b’saħħtu sabiex jassigura aktar sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna.

Ekonomija

Sport