Saturday, December 21, 2024

Lista tal-Fergħat tal-BOV li se jiftħu nhar is-Sibt 18 ta’ April

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li nhar is-Sibt 18 ta’ April 2020, il-Fergħat msemmija hawn taħt se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm:

  • Attard
  • Balluta
  • Birkirkara
  • Birżebbuġa
  • Floriana
  • Rabat, Għawdex

Il-Bank of Valletta jkompli jħeġġeġ lill-klijenti biex ma jmorrux il-fergħat tal-Bank bla bżonn u minflok jużaw l-ATMs tal-Bank biex jiġbdu jew jiddepożitaw il-flus u jużaw il-BOV Cards, il-BOV Pay jew il-‘BOV Mobile to Mobile Payment’ biex iħallsu għax-xiri, servizzi u konsinji tagħhom. Barra minnhekk, il-BOV Internet Banking u l-BOV Mobile Banking jistgħu jintużaw għal pagamenti u tranżazzjonijiet bankarji oħra.

Għal kull bżonn bankarju ieħor, il-klijenti għandhom jibagħtu imejl fuq [email protected] billi jispeċifikaw it-tip ta’ servizz li jeħtieġu, in-numru tal-mowbajl tagħhom, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa tal-Bank fejn normalment jinqdew. Uffiċjal tal-BOV imbagħad jikkuntattja lill-klijenti biex jipprovdi l-għajnuna. Il-klijenti jistgħu ukoll iċemplu fuq 2275 3500, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 am sal-4.00 pm. 

Aktar informazzjoni u aġġornamenti tal-BOV fuq COVID-19 jistgħu jinstabu fuq https://bov.com/content/covid-19-bov-updates.

Ekonomija

Sport