Liverpool, Borussia Dortmund u Inter kollha qed jikkunsidraw trasferiment tas-sajf biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Ajax, Sebastien Haller.
Wara perjodu frustranti ma’ West Ham United, il-player ta’ 27 sena reġa’ qajjem il-karriera tiegħu mal-ġganti Olandiżi Ajax, fejn skorja 33 goal f’35 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun.
Anke jekk Haller jinsab taħt kuntratt fl-Amsterdam Arena sa Ġunju 2025, il-forma impressjonanti tiegħu quddiem il-lasta huwa maħsub li ġibdet l-għajn ta’ numru ta’ clubs ewlenin Ewropej.
Liverpool qed jikkontemplaw mossa biex jiffirmaw lil Haller, b’Jurgen Klopp ħerqan li jsaħħaħ l-iskwadra tiegħu b’għażliet ta’ attakk iżgħar fl-etá, hekk kif it-trio formidabbli Mohamed Salah, Sadio Mane u Roberto Firmino kollha se jkollhom 30 sena fil-bidu tal-istaġun li ġej.
Dortmund huwa club ieħor interessat f’Haller u identifikaw lill-player internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju bħala sostitut potenzjali għal Erling Braut Haaland, li mistenni jħalli l-club mill-Bundesliga dan is-sajf.
Inter qed iżommu ħarsa mill-qrib ukoll fuq Haller u, bħal Dortmund, se jikkunsidraw li jagħm;u offerta għall-player ta’ Ajax jekk jitilfu lill-attakkant Lautaro Martinez, li kien marbut ħafna ma’ tluq minn San Siro.
Huwa mifhum li Ajax x’aktarx jitolbu ħlas bejn €40m u €50m għal Haller, liema player il-club Olandiż xtrawh għal madwar €22.5m f’Jannar tal-2021.