Il-president ta’ Reims Jean-Pierre Caillot ikkonferma bis-sħiħ li clubs bħal Liverpool, Chelsea u Manchester United kollha staqsew dwar id-disponibbiltà ta’ Hugo Ekitike.
Għalkemm il-player ta’ 19-il sena naqas milli jagħmel dehra għal dan il-club Franċiż minn Frar li għadda, huwa xorta waħda skorja disa’ goals f’dan l-istaġun, biex assigura li Reims jibqgħu barra mill-inkwiet ta’ relegazzjoni fil-Ligue 1.
Madankollu, f’Jannar li għadda, Newcastle United fallew b’offerta għal dan il-prospett żagħżugħ, bil-partijiet rilevanti f’Reims qiesu li kien jagħmel aktar sens li jkomplu r-relazzjoni tagħhom miegħu sal-aħħar tal-istaġun.
Iżda issa huwa mifhum li dik il-pożizzjoni se tinbidel, bil-president ta’ Reims jirrikonoxxi li Ekitike se jmur jilgħab fi club akbar fis-sajf u diversi “clubs ewlenin fl-Ewropa” urew interess fih.
Minbarra l-interess mill-erba’ clubs imseemija hawn fuq tal-Premier League, clubs bħal Real Madrid u Paris Saint-Germain huma wkoll meqjusa bħala ammiraturi kbar tal-player żagħżugħ Franċiż.