Liverpool jinsabu favoriti li jiffirmaw lill-istilla ta’ Red Bull Salzburg, Karim Adeyemi, fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-prodott taż-żgħażagħ ta’ Bayern Munich wasal l-Awstrija fis-sajf tal-2018 u impressjona fl-ogħla diviżjoni fl-istaġun 2020-21, fejn skorja seba’ goals u pprovda disa’ assists minn 29 dehra.
Adeyemi rebaħ ukoll tliet penalties għat-team tiegħu waqt id-draw tagħhom ta’ 1-1 kontra Sevilla fiċ-Champions League f’nofs il-ġimgħa, u ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena qed jiġbed interess minn clubs oħra.
Liverpool qed jippjanaw li jagħmlu offerta għal Adeyemi f’Jannar, b’Jurgen Klopp jimmira li jikseb ftehim fix-xitwa wara l-injury serja ta’ Harvey Elliott.
Madankollu, qed jingħad li Barcelona qed l-iżviluppi madwar Adeyemi, li l-kuntratt tagħhom ma’ Salzburg jiskadi fis-sajf tal-2024.
Iż-żagħżugħ diġà skorja seba’ goals u pprovda żewġ assists minn 11-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun, u huwa skorja fid-debutt tiegħu mal-Ġermanja kontra l-Armenja fil-partita ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja aktar kmieni dan ix-xahar.