Tuesday, December 24, 2024

Liverpool fiduċjużi li Naby Keita mhux se jkun barra mil-logħob għal ammont ta’ żmien sinifikanti

Aqra wkoll

Liverpool huma fiduċjużi li Naby Keita mhux se jkun barra mil-logħob għal ammont ta’ żmien sinifikanti wara l-injury tiegħu fir-rebħa tal-Ħadd kontra Manchester United.

L-internazzjonali tal-Guinea fetaħ l-iskor f’Old Trafford wara biss ħames minuti fir-rebħa kbira ta’ 5-0 iżda kien vittma ta’ daħla kerha minn Paul Pogba wara siegħa logħob.

Kawża ta’ da nil-foul, Pogba tkeċċa hekk kif Keita ħalla l-ground fuq stretcher biex ġie sostitwit minn Alex Oxlade-Chamberlain, u immedjatament qamet il-biża’ ta’ injury fit-tul għall-midfielder.

Madankollu, Keita kellu rwol attiv fiċ-ċelebrazzjonijiet fid-dressing room wara l-partita wara li qam fuq saqajh, u l-ex player ta’ RB Leipzig evita problema serja oħra.

Keita ma kellux bżonn il-krozzi, biex b’hekk ittaffiet l-biża’ ta’ numru ta’ ġimgħat barra mill-azzjoni wara l-injury tal-għaksa tal-istaġun li għadda.

Il-goal ta’ Keita f’Old Trafford kien ir-raba’ goal tal-istaġun fil-kompetizzjonijiet kollha u l-10 wieħed b’kollox għal Liverpool mill-wasla tiegħu fl-2018.

Ekonomija

Sport